Il-ħaddiema m’għandhomx ibatu minħabba l-effetti tal-Coronavirus

Il-UĦM Voice of the Workers tistenna li l-Gvern jaġixxi u jlaqqa’ l-imsieħba soċjali sabiex kemm jista’ jkun jiġi minimizzat ir-riskju li jitfaċċaw każijiet ta’ Coronavirus f’Malta. Din il-union qed tappella lill-Gvern sabiex issir laqgħa urġenti fi  ħdan l-Employment Relations Board (ERB) fejn hemm  rappreżentanza tal-imsieħba soċjali kollha. Sadattant il-UĦM tissuġġerixxi li jitwaqqaf kumitat apposta dwar…

Għall-azzjonijiet ta’ Steward ċemplu lill-Berġa ta’ Kastilja!

Il-UĦM Voice of the Workers, it-Tnejn, 24 ta’ Frar 2020, nediet serje ta’ azzjonijiet industrijali fl-Isptar Karin Grech u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dawn l-azzjonijiet ġew ordnati wara li l-UĦM Voice of the Workers kienet ilha s-snin turi t-tħassib tagħha dwar il-kuntratt bejn il-Gvern u Vitals Health Care (li ġie ereditat minn Steward HealthCare għal-prezz…

Il-UĦM tisħaq dwar ħlas ugwali għal xogħol ugwali f’laqgħa mal-Prim Ministru

Waqt żjara ta’ kortesija li saret lill-Prim Ministru Robert Abela fil-Berġa ta’ Kastilja nhar il-Ħamis 13 ta’ Frar 2020, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers Josef Vella saħaq li l-Gvern għandu jistinka biex jassigura li l-ħaddiema kollha jgawdu minn ħlas ugwali għal xogħol ugwali. Josef Vella stqarr li filwaqt li fil-prinċipju ħafna jaqblu…

Sospiżi l-azzjonijiet industrijali tal-Environmental Health Officers għal ġimgħa

Bħala turija ta’ rieda tajba, il-UĦM Voice of the Workers, dalgħodu, issospendiet l-azzjonijiet industrijali tal-Environmental Health Officers. L-azzjonijiet daħħlu fis-seħħ wara li l-Gvern kien ilu jkaxkar saqajh fir-rigward tal-Ftehim Settorali l-ġdid tal-istess professjoni. Apparti minn hekk, l-Gvern kien waqqaf id-dritt li dawn il-ħaddiema, wara l-ħin tax-xogħol tagħhom, jaħdmu part-time lura fl-2017. Filwaqt li l-UĦM kienet…