Il-UĦM iffirmat ftehim kollettiv mal-G4S fi żmien tliet xhur

It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan UĦM Voice of the Workers iffirmat ftehim kollettiv mal-G4S għall-ħaddiema tagħha li jaħdmu ġewwa fl-MIA. Il-ħaddiema tal-G4S kienu membri fil-GWU u ssieħbu mal-UĦM wara li l-ħaddiema kienu diżappuntati mill-fatt li wara snin ta’ stennija l-union l-oħra ma kienet waslet għal ebda ftehim kollettiv.

UĦM Voice of the Workers rikonoxxuta uffiċjalment bħala r-rappreżentanta tal-ħaddiema tal-MPT

UĦM Voice of the Workers kisbet ir-rikonoxximent uffiċjali biex tirrapreżenta lill-ħaddiema  tal-Malta Public Transport (MPT) waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Head Office tal-MPT f’Ħal Qormi lbieraħ filgħodu.

“Id-Demokrazija industrijali hi mhedda”

UĦM Voice of the Workers qed terġa’ tisħaq ma’ Autobuses de Leon, l-operatur li jħaddem it-trasport pubbliku f’Malta, sabiex jibgħat notifika ta’ għarfien mill-aktar fis u jagħti d-dritt lil din il-union sabiex tibda tinnegozja  għan-nom tal-ħaddiema. F’konferenza tal-aħbarijiet li ssejħet illejla, Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’  UĦM Voice of the Workers, stqarr li l-union kienet…

L-importanza tad-djalogu soċjali Ewropew waqt seminar organizzat mill-UĦM u l-EZA

UĦM Voice of the  Workers flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Mistoqsijiet tal-Ħaddiema (EZA) nidew is-seminar bit-tema Key areas for the European Social Dialogue fil-Lukanda Le Meridien, San Ġiljan il-Ħamis. Matul  dan  is-seminar  ta’ jumejn, li għalih qed jattendu 120 delegat minn 30 pajjiż Ewropew, qed issir diskussjoni dwar l-importanza tad-djalogu soċjali, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll…