Il-UĦM tirreġistra tilwima industrijali mal-Malta International Airport (MIA)

3095785

It-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM illum irreġistrat tilwima industrijali mall-Malta International Airport (MIA) minħabba d-deċiżjoni li ħadet il-kumpanija li tkompli tagħmel outsourcing ta’ diversi sezzjonijet ġewwa l-istess MIA. Fost dawn is-sezzjonjiet hemm dik tal-Customer Service Attendants, tal-Informational Technology, Information Management, Electronics u Networks.

Aktar ħaddiema ex-Arriva jkomplu jissieħbu mal-UĦM

Hu ta’ sodisfazzjon għat-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM li fil-jiem li għaddew aktar xufiera u ħaddiema oħra ex-Arriva komplew jagħtu fiduċja u daħlu membri fil-UĦM.

Il-ħaddiema ex-Arriva  huma insodisfatti bin-nuqqas ta’ riżultati li kisbet il-Unjin tagħhom rikonoxxuta sa llum. Dawn il-ħaddiema qegħdin jilmentaw li matul dawn id-diversi xhur, l-unika ħaga li akkwistaw il-ħaddiema permezz tal-Unjin rikonoxxuta sa issa kien id-dritt tagħhom stess, li jitħallsu ta’ xogħol li għamlu fil-Festi Pubbliċi.

Ftehim Settorjali Ġdid għad-Dental Surgery Assistants

DentalTools

It-Taqsima Servizzi tas-Saħħa fi ħdan il-Union Ħaddiema Maqghudin (UĦM) illum iffirmat Ftehim Settorjali ġdid għad-Dental Surgery Assistants. Dawn il-ħaddiema sal-llum kienu mingħajr struttura u mingħajr ftehim. Permezz tal-ftehim iffirmat, it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa ħolqot struttura għad-Dental Surgery Assistants kollha  li jaħdmu ġewwa l-Isptar Mater Dei u ġewwa ir-Residenza San Vinċens De Paul.

Protest Ġudizzjarju mill-UĦM kontra l-MIA

Illum il-UĦM ippreżentat protest ġudizzjarju kontra l-Malta International Airport plc (MIA) f’isem il-ħaddiema fis-sezzjonijiet tal-Customer Service Attendants, Informational Technology, Information Management, Electronics u Networks.  Minħabba l-intenzjoni tal-Kumpanija MIA li tkompli il-proċess ta’ outsourcing ta’ diversi sezzjonijiet mingħajr konsultazzjoni/diskussjonijiet adegwati mall-UĦM. Il-protest kien ippreżentat mill-avukati tal-union, Dr. Ian Spiteri Bailey u Dr. Andrew Grima rispettivament. 140520…