Bil-miżuri li tħabbru mill-Gvern ma waqaf xejn mill-kaos li konna qegħdin fih

B’reazzjoni għall-miżuri ta’ għajnuna mħabbra mill-Gvern b’risq il-ħaddiema u n-negozji nhar il-Erbgħa 18 ta’ Marzu 2020, il-UĦM Voice of the Workers tisħaq li f’din il-kriżi nazzjonali ma nistgħux nibqgħu għaddejjin bis-sorpriżi. Din il-union, flimkien mal-imsieħba soċjali l-oħrajn, għandha tkun fuq il-mejda mal-Gvern u l-miżuri li għandhom jittieħdu jiġu mħabbra kollha flimkien. Josef Vella, Kap Eżekuttiv…

STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-UHM U S-CMTU: Il-Gvern messu kellu l-kuraġġ jagħlaq ir-rotot minn fejn ġej il-mard

Is-CMTU u l-UĦM Voice of the Workers jilqgħu l-miżuri ġodda mħabbra mill-Gvern fejn qed jingħalqu r-ristoranti, il-bars, il-gyms u s-swali taċ-ċinema. Sfortunatament illum il-pajjiz kellu disa’ każi f’ġurnata waħda fejn tlieta minnhom ttieħdu minn persuna għal oħra lokalment fost il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa. Dan ukoll irriżulta f’numru konsiderevoli ta’ ħaddiema tas-saħħa li llum kellhom jintbagħtu fuq…

Il-UĦM tkompli tisħaq biex il-lockdown isir bħala miżura preventiva

Il-UĦM Voice of the Workers illum iltaqgħet mal-Kap tal-Oppożizzjoni kif ukoll mal-imsieħba soċjali kollha u ntwera it-tħassib bi sħiħ ta’ nuqqas ta’ deċiżjoni biex isir lockdown. Intant, il-UĦM qed tosserva li f’pajjiżna qed jiġru dawn l-affarijiet: Ħwienet, stabbilimenti u kumpaniji qed jagħlqu b’riżultat li l-ħaddiema jispiċċaw b’leave sfurzat jew agħar minn hekk bla ħlas; L-iskejjel…

Il-UĦM tesiġi għal lockdown preventiv sabiex dan il-virus jieqaf jinxtered

Il-pajjiż, illum, għandu żewġ għażliet quddiemu: li jagħmel lockdown meta naslu f’każ ta’ emerġenza meta l-virus jibda jiġi trasmess minn persuna għal oħra lokalment jew li jagħmel lockdown preventiv sabiex dan il-virus jieqaf jinxtered. Il-pożizzjoni tal-UĦM Voice of the Workers hija t-tieni waħda, jiġifieri li l-lockdown jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli,  għajr għall-provvediment tas-servizzi essenzjali….

Rabja għan-nuqqas ta’ infurzar fl-industrija tal-kostruzzjoni

Il-UĦM Voice of the Workers tingħaqad ma’ dawk kollha li wrew sogħba kbira għall-mewt ta’ Miriam Pace wara li ntradmet bil-kollass tad-dar tagħha f’Santa Venera. Id-dar tal-familja Pace kienet preċiż ħdejn sit kbir ta’ kostruzzjoni. Din il-union ukoll tesprimi rabja għan-nuqqas ta’ infurzar fl-industrija tal-kostruzzjoni. Il-UĦM Voice of the Workers mhux l-ewwel darba li qed…

Bl-impożizzjoni tal-kwarantina għandu jiskatta l-quarantine leave mingħajr qtugħ fil-paga

“Jekk il-kwarantina tiġi imposta għandu jiskatta l-quarantine leave mingħajr qtugħ fil-paga.” Dan  qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers b’reazzjoni għal dak li qed jiġri fil-postijiet tax-xogħol minħabba l-Coronavirus. Din il-union trid li jkun hemm direzzjoni li tagħmel sens għall-pajjiż kollu. Bħalissa  għandna ċirkostanzi fejn qed jinħarġu ċirkolari li jolqtu lill-ħaddiema…