fbpx

STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-UHM U S-CMTU: Il-Gvern messu kellu l-kuraġġ jagħlaq ir-rotot minn fejn ġej il-mard

Is-CMTU u l-UĦM Voice of the Workers jilqgħu l-miżuri ġodda mħabbra mill-Gvern fejn qed jingħalqu r-ristoranti, il-bars, il-gyms u s-swali taċ-ċinema.

Sfortunatament illum il-pajjiz kellu disa’ każi f’ġurnata waħda fejn tlieta minnhom ttieħdu minn persuna għal oħra lokalment fost il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa. Dan ukoll irriżulta f’numru konsiderevoli ta’ ħaddiema tas-saħħa li llum kellhom jintbagħtu fuq kwarantina. Is-sitt każi l-oħra ġew minn titjiriet li għadhom miftuħin.

Għalhekk is-CMTU u l-UĦM Voice of the Workers jinsabu diżappuntati ħafna għax ippretendew li l-Gvern messu kellu kuraġġ biżżejjed biex b’mod immedjat jagħlaq dawn ir-rotot u jimxi ma’ kliemu  stess li l-ogħla prijorità għalih hija s-saħħa tan-nies.

Dan l-aġir jikkuntrasta ħafna ma’ dak li għamel il-Prim Ministru ta’ Spanja lbieraħ fejn qed jimxi fuq l-esperjenza qarsa taċ-Ċina u tal-Italja fejn intwera biċ-ċar li miżuri limitati waħedhom ma kinux biżżejjed u li l-marda nqerdet  biss meta ttieħdu miżuri iżjed effettivi li ma beżgħux mill-effetti politiċi.

Il-poplu Malti qed jippretendi li jsir minn kollox biex ma jkunx hemm numru qawwi  ta’ mwiet u każi ta’ persuni morda serji  kif ġara fejn ma tteħdux deċiżjonijiet f’waqthom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment