fbpx

Stedina Konferenza Nazzjonali Straordinarja

Għażiż/a Delegat,

Nixtieq navżak illi ġiet imsejħa Konferenza Nazzjonali Straordinarja mill-Bord Eżekuttiv skont l-Istatut tal-Union.

Permezz ta’ din l-ittra qed ninfurmak illi int ġejt magħżul bħala delegat tal-Union mill-uffiċjal tat-Taqsima tiegħek (manager) u għaldaqstant qed tiġi mistieden sabiex tattendi għal din il-Konferenza Nazzjonali Straordinarja.

Din il-Konferenza ser issir nhar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju, 2021 mid-9:00am ’l quddiem ġewwa l-Istitut Kattoliku u ser jiġu segwiti l-linji gwida tal-COVID-19.

Peress li jkun irid jintalab rilaxx għalik mill-post tax-xogħol, kif ukoll minħabba loġistika, hu importanti li inti tikkonferma l-attendenza tiegħek fuq https://forms.office.com/r/VkeyQRzvSE  sa mhux aktar mit-12 ta’ Lulju, 2021.

Grazzi tal-attenzjoni tiegħek,

Josef Vella

Kap Eżekuttiv

Like this article?

Share on facebook
Share on Facebook
Share on twitter
Share on Twitter
Share on linkedin
Share on Linkdin
Share on pinterest
Share on Pinterest

Leave a comment