fbpx

Azzjonijiet industrijali mill-UHM fid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili

Il-UHM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi Transport Malta li hu r-regolatur tat-trasport bl-ajru fil-Gżejjer Maltin.  Dan id-direttorat hu responsabbli wkoll mis-sigurtà tal-ajruplani, liċenzjar, u l-ftehim internazzjonali għas-servizzi bl-ajru.

Taħt din id-direttiva l-impjegati mhux qed jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni interni u esterni fosthom telefons u email.

L-azzjonijiet industrijali kienu ordnati wara li numru ta’ impjegati ngħataw kuntratti b’kundizzjonijiet inferjuri għal dawk li ingħataw kollegi tagħhom fl-istess grad. Jirriżulta li numru ta’ impjegati li ġew promossi internament f’dan id-Direttorat għal grad ta’ inspector wara sejħa għall-applikazzjoni, ngħataw paga u kundizzjonijiet inferjuri meta imqabbel ma impjegati li daħlu magħhom minn barra l-Awtorità bl-istess sejħa.   Barra minn hekk, l-istess pakkett finanzjarju li ngħataw dawn il-ħaddiema huwa saħansitra inferjuri għall-pakkett finanzjarju li kien ingħata meta fil-passat kollegi oħra meta kienu ġew promossi fl-istess grad.

Għalkemm il-UHM kienet ilha minn Ottubru titlob lill-maniġment ta’ Transport Malta sabiex jindirizza din is-sitwazzjoni diskriminatorja, dan ma sarx.

F’dawn iċ-ċirkostanzi l-impjegati kollha fil-gradi ta’ senior inspector, inspector u inspecting officer fi ħdan id-Direttorat għażlu li b’solidarjetà mal-kollegi tagħhom, jimxu mal-azzjonijiet industrijali ordnati mill-UHM għaliex m’għandu jkun hemm l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni fil-postijiet tax-xogħol.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment