fbpx

Il-UHM se tieħu sehem fil-protesta nazzjonali

Il-UHM Voice of the Workers se tieħu sehem fil-protesta nazzjonali li se ssir nhar il-Ħadd li ġej fil-Belt, li ssejħet wara d-deċiżjoni storika tal-Qorti li annullat il-ftehim tal-isptarijiet bejn il-Gvern u Steward Health Care.  Barra minn hekk il-UHM se tkun qed tattendi wkoll fl-isfond tal-kawża separata li fetħet kontra l-Gvern, wara li dan tal-aħħar ma onorax ftehim bil-miktub li fih kien ta kelmtu li l-ħaddiema ta’ Steward ikunu trasferiti mal-Gvern bl-istess kundizzjonijiet ta’ sħabhom fuq il-kotba tal-Gvern.

Dawn it-temi kienu diskussi f’laqgħa li saret waqt żjara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għamel fil-kwartieri tal-union fil-Floriana.

Matul din il-laqgħa il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Josef Vella spjega kif il-union ilha mill-bidu nett sal-mill-2015 twissi li l-ftehim dwar l-isptarijiet ma kienx fl-interess tal-poplu u kien serqa fid-dawl tax-xemx. Fakkar li kienet il-UHM li fl-2016 flimkien mal-union tat-tobba kienet għamlet it-talba biex dan il-kuntratt ikun investigat mill-Awditur Ġenerali.

“Din kienet deċiżjoni kruċjali, mhux biss għax sirna nafu kemm dan il-ftehim qatt ma kellu jsir, imma anki għaliex l-investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali kienet fundamentali fis-sentenza tal-Qorti li wasslet biex l-istess ftehim kien annullat,” Vella sostna.

Madanakollu, il-Kap Eżekuttiv wissa li l-istorja għadha għaddeja għaliex il-ħaddiema li kienu ġew ingaġġati minn Steward għadhom qed jiġu diskriminati. Fisser kif dawn il-ħaddiema minkejja li jagħmlu l-istess xogħol tal-kollegi tagħhom li huma fuq il-kotba tal-Gvern, għandhom kundizzjonijiet inferjuri. Dan imur kontra l-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol tal-istess valur u għalhekk hu forma ta’ diskriminazzjoni jekk mhux prekarjat.

“Kien biss bis-saħħa tal-UHM li wara battalja twila, il-Gvern aċċetta li jassorbi dawn il-ħaddiema bl-istess kundizzjonijiet skont ftehim li kien sar bil-miktub,” Vella fisser.

“Sfortunatament, dawn il-ħaddiema sal-lum għadhom ma sarrfux dan il-ftehim għax il-Gvern iddeċieda li ma jgħoddilhomx is-snin ta’ servizz li għamlu ma’ Steward u għalhekk kellhom jerġgħu jibdew mill-inqas skala tal-paga b’telf finanzjarju qawwi. Kien għalhekk li l-UHM ħadet lill-Gvern il-Qorti, li llum saret l-uniku ħajt ta’ kenn għal dawk li jsofru xi inġustizzja”. Din il-kawża se tkompli tinstema’ nhar il-Ħamis 16 ta’ Marzu.

Josef Vella qal li l-UHM ma setgħetx tibqa’ gallarija u għalhekk se tkun qed tieħu sehem fil-protesta nazzjonali. 

Sadattant matul iż-żjara tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni iltaqa’ mal-ħaddiema u feraħ lill-UHM għax-xogħol fil-qasam tad-drittijiet tal-ħaddiema u r-relazzjonijiet industrijali u anki għall- pożizzjoni li l-union ħadet fil-kwistjoni tal-isptarijiet.

1.3.2023

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment