fbpx

Il-UĦM tordna Azzjonijiet Industrijali ġewwa l-Awtorita’ tal-Mediċini

It-Taqsima Entitajiet Pubbliċi tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) ordnat azzjonijiet industrijali lill-ħaddiema li jaħdmu ġewwa l-Awtorita’ tal-Mediċini.

It-Taqsima waslet għal din id-deċiżjoni minħabba dewmien esaġerat min-naħa tal-management tal-Awtorita’ tal-Mediċini, kif ukoll min-naħa tal-PACBU (Public Administration and Collective Bargaining Unit) biex jiġu konklużi d-diskussjonijiet rigward il-proposti mressqa dwar il-Ftehim Kollettivi, kif ukoll biex turi d-diżżappunt kbir għal-mod ta’ kif qed jiġu ttrattati n-negozjati fil-konfront ta’ dawn il-ħaddiema fi ħdan din l-entita.

Dawn id-direttivi qed jiġu ordnati wkoll fid-dawl li għalkemm din il-Union (UĦM) tgawdi maġġoranza ġewwa din l-entita u l-proposti ilhom li ġew intavolati mill-2010, sal-lum il-ġurnata għada ma ngħatat ebda tip ta’ kontro-proposta tanġibbli.
Għalhekk fid-dawl ta’ dan kollu u wara li sar kull tentattiv biex din is-sitwazzjoni tiġi riżolta madwar il-mejda tan-negozjati, jidher li l-amministrazzjoni ma ħalliet l-ebda triq oħra lil din it-Taqsima ħlief li tordna azzjonjiet industrijali.

Għal dan il-għan, it-Taqsima ikkomunikat lill-Awtorita’ tal-Mediċini, kif ukoll lill-PACBU (Public Administration and Collective Bargaining Unit) li b’seħħ immedjat kienet ser tagħti diversi direttivi lill-ħaddiema li jaħdmu ġewwa l-Awtorita’ tal-Mediċini.

Din it-Taqsima mhux teskludi li tħarrax dawn l-azzjonijiet kemm-il darba mhux se tingħata l-attenzjoni meħtieġa lil din is-sitwazzjoni. Exduverapo

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment