fbpx

Il-UĦM tiffirma Ftehim Kollettiv mal-FSWS

Illum wara nofs in-nhar, Il-Union Ħaddiema Magħqudin iffirmat il-Ftehim Kollettiv għal-Ħaddiema tal-Fondazzjoni ta’ Servizzi Soċjali (FSWS). Dan wara li il-UĦM kellha diversi laqgħat għal-ħaddiema fil-gradi kolha li jaħdmu ma’ din il-Fondazzjoni u li approvaw dan il-Ftehim.

Din il-Fondazzjoni timpjega l’fuq minn 700 ħaddiem li jinkludu l-impjegati ta’ l-Agenziji Appogg, Sedqa  u Sapport.
Dan il-Ftehim ser ikun qed itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema fosthom żidiet fis-Salarji, numru ta’ allowances ġodda u titjib f’dawk eżistenti, fond apposta għat-taħriġ tal-ħaddiema u aktar titjib fil-miżuri favur il-familja (Family-friendly measures).

Il-perjodu ta’ dan il-Ftehim Kollettiv ikopri mis-sena 2012 sal-2016 u dan ifisser ukoll li is-salarji ta’ dawn il-ħaddiema ser jiġi awmentat għal-kull sena ta’ dan il-ftehim.

Iff.
Uffiċju Stampa UĦM

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment