fbpx

Il-UĦM tordna azzjoni industrijali lill-gradi kollha tas-Servizz Ġenerali u fil-klassi tal-Messaġġiera

It-Taqsima Ħaddiema mal-Gvern tal-Union HĦaddiema Magħqudin (UĦM) ilha diversi xhur tinsisti mal-Gvern sabiex jigi rivedut il-ftehim settorali għall-ħaddiema fil-gradi tas-Servizz Ġenerali u dak tal-klassi ta’ Messaġġiera. Il-ħaddiema fis-Servizz Ġenerali huma l-ħaddiema kollha fil-gradi ta’ Skrivan (Clerk), Skrivan Anzjan (Senior Clerk), Uffiċjal Eżekuttiv (Executive Officer), Uffiċjal Assistent Prinċipali (Assistant Principal), Uffiċjal Prinċipali (Principal), Uffiċjal Prinċipali Anzjan (Senior Principal). Fil-klassi tal-Messaġġiera wieħed isib il-gradi ta’ Mesenger, Senior Messenger u Officer in Charge of Minor staff.

Waqt in-negozjati li l-UĦM kellha dwar dawn iż-żewg ftehim settorali, kien intlaħaq qbil li l-Gvern lest li joħroġ l-applikazzjonijiet sabiex jimla’ l-vakanzi f’kull grad. Minkejja li l-UĦM uriet qbil dwar dan il-proċess fil-25 ta’ Settembru 2012, jirriżulta li tali applikazzjonijiet għadhom ma ġewx ipproċessati u dan qed juri dewmien bla bżonn minn naħa tal-Amministrazzjoni.

F’dan ir-rigward, il-UĦM ikkomunikat mal-Amministrazzjoni, kif ukoll mal-ħaddiema fil-gradi milquta, sabiex b’effett minn nhar it-Tnejn, 29 ta’ Ottubru, 2012 ma jagħmlux użu minn mezzi ta’ komunikazzjoni bħal telefon, mobajl, email u fax.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment