fbpx

Preżentazzjoni mill-UĦM lill-PM fuq l-objettivi ta’ l-ALMP

Il-Union Ħaddiema Magħqudin illum wara nofsinhar preżentat uffiċjalment lill-Prim Ministru l-objettivi li jistgħu jintlaħqu fil-qasam tax-xogħol sa l-2020 jekk tiġi mplimentata l-politika ta’ Active Labour Market Policy. Il-Prim Ministru kellu kliem ta’ tifħir għax-xogħol li qed twettaq il-union f’dan il-qasam u sostna li dak li qed tissuġġerixxi l-union hija t-triq biex pajjiżna jkompli miexi l-quddiem. Huwa qal li biex pajjiżna joħloq aktar ġid hemm bżonn l-involviment ta’ kullħadd, kemm ta’ min iħaddem, kif ukoll ta’ l-istess ħaddiema. Il-politika ta’ Active Labour Market Policy tista’ sservi bħala l-pjattaforma kif l-imsieħba soċjali jistgħu jaħdmu għall-ġid komuni tal-pajjiż.

Is-Segretarju Ġenerali, s-Sur Josef Vella qal li l-UĦM minn dejjem kienet union pro-attiva u rat kif ħadmet favur l-interess tal-ħaddiema. Is-Sur Vella qal li ħsieb tal-union wara din il-politika huwa wieħed komprensiv fejn irid jiġi żgurat li kullħadd igawdi mit-titjieb ekonomiku li jinħoloq. L-Active Labour Market Policy hija ċ-ċavetta ta’ kif niżguraw aktar xogħol ta’ kwalita’ għall-ħaddiema u aktar produttivita’ għal min iħaddem.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment