fbpx

Aġir arroganti fil-konfront tas-Segretarju Ġenerali tal-UĦM

 

Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella kkundanna l-aġir li seħħ fil-konfront tiegħu fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali dalgħodu.

L-inċident seħħ meta s-Segretarju Ġenerali daħal fil-Ministeru għal laqgħa mal-Ministru Karmenu Abela. Iżda qabel ma kien se jidħol għal-laqgħa, hu ntalab biex ma jdaħħalx il-mowbajl miegħu. Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM irrifjuta li jagħmel dan tant li l-laqgħa ma saritx.

Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM ħassu offiż għax qatt, kemm ilu f’din il-kariga, ma ġie umiljat b’dan il-mod. Josef Vella spiss jattendi laqgħat mal-Prim Ministru fil-Berġa ta’ Kastilja u ma’ ministri oħrajn tal-gvern fil-ministeri rispettivi tagħhom, u qatt ma jiġrilu bħalma ġralu llum.

“Dan mhux il-mod kif ikunu trattati l-imsieħba soċjali”, sostna Josef Vella, filwaqt li żied li “dan l-aġir juri nuqqas ta’ fiduċja mill-Gvern lejn il-UĦM”.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment