fbpx

Ebda zblokk fil-kwestjoni tat-trasferimenti ‘xejn trasparenti’

Gian-Paul-Gauci

It-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-Union Haddiema Maghqudin, fuq talba tas-Segretarju Permanenti fil-Minsiteru tas-Solidarjeta’ Socjali, illum regghet iltaqghet mal-istess Ministeru sabiex jitkomplew id-diskussjonijiet fuq id-diversi trasferimenti li saru fl-Isptar San Vincenz f’dawn l-ahhar jiem.

It-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-UHM ghal darb’ohra fl-imsemmija laqgha resqet ghad-diskussi il-kriterja stabiliti ta’ kif ghandhom isiru it-trasferimenti u l-prassi ta’ kif dawn it-trasferimenti normalment jinhargu. Mandankollu wara li spiccat din il-laqgha baqa ma ntlahaqx qbil fuq il-kriterja ta’ trasferimenti u fuq liema bazi l-haddiema ghandhom jigu trasferiti. Apparti hekk, din it-Taqsima baqghet minghajr twegiba ghal mistoqija li ilha ssir mill-haddiema milquta: fuq liema prassi intghazlu dawn il-haddiema minn ohrajn.


Intant f’kummenti li ta dwar din il-kwestjoni s-Segretarju Generali tal-UHM Josef Vella hu qal li, “l-UHM se tibqa thares l-interessi tal-membri taghha u fil-fatt accettat li tippartecipa f’laqgha ohra fejn se jssir tentativ iehor bejn il-partijiet kollha. Din mistennija ssir nhar it-Tnejn 3 ta’Gunju 2013 bil-ghan li possibilment tintlahaq solluzzjoni dwar dawn it-Trasferimenti xejn trasparenti li sehhew f’dawn l-ahhar jiem u li gabu maghhom taqlib kbir fil-hajja ta diversi haddiema u pazjenti li kienu that il-kura taghhom,” temm jghid is-Segretarju Generali. Il-laqgha mistennija ssir fil-Ministeru tas-Solidarjeta’ Socjali.

Presenti ghal laqgha tal-lum kien hemm is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tas-Solidarjeta’ Socjali flimkien mal-Konsulent legali tieghu Dr. Toni Abela, kif ukoll ir-rappresentanti tal-PACBU u l-PAHRO u ic-CEO ta’ l-Isptar San Vincenz.
Jesmond Bonello President tal-UHM u Gian Paul Gauci Segretarju tat-Taqsima Servizzi tas-sahha qed imexxu t-tahtidiet f’isem il-haddiema membri tal-UHM.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment