fbpx

L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati jirċievi żjara ta’ kortesija mit-tmexxija tal-UĦM


Dalgħodu l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onorevoli Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ kortesija minn membri tal-amministrazzjoni tal-UĦM, immexxija mis-Segretarju Ġenerali s-Sur Josef Vella.

Matul il-laqgħa, l-iSpeaker ġie ppreżentat b’replika tal-pittura li kienet saret proprju nhar il-25 ta’ Marzu 2015 quddiem il-binja tal-Parlament il-ġdid,  li tirrapreżenta ix-xewqat tal-ħaddiem u tal-poplu Malti nġenerali, dwar dak li jixtiequ li jiġi diskuss fil-Parlament.  It-temi li qajmu l-akbar interess kienu dwar il-pensjonijiet, is-sostenibbilita’ fil-qafas tat-trasport, aktar effiċjenza fil-qasam tal-kura u s-saħħa, l-ambjent u s-sistema edukattiva.
L-iSpeaker irringrazzja mill-ġdid lill-Union Ħaddiema Magħqudin tal-ħidma tagħhom u tenna li l-pubbliku ndirizza preċiżament dak li jolqtu fil-ħajja ta’ kuljum, u għaldaqstant huwa xieraq li l-messaġġ jitwassal lill-politiċi sabiex dawn it-temi jiġu ndirizzati fil-Parlament fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment