fbpx

Appell mill-UĦM sabiex tintemm l-iskumdita’ kawżata minn tkaxkir tas-saqajn

B’referenza għal stqarrija li ħarget fil-media, din il-Union tixtieq tiċċara li għall-kuntrarju ta’ dak li ntqal mis-Segretarju Parlamentati għad-Diżabbilta’ u l-Anzjanita’ Attiva, id-direttivi fl-Aġenzija Sapport qed isiru għax m’hemmx qbil fuq diversi punti.

Barra minn hekk din il-union għadha ma rċevietx  id-dokument rivedut bl-emendi li kien hemm biex b’hekk tkun tista’ tagħmel ix-xogħol ħalli d-dokument jiġi ppreżentat lill-ħaddiema. Din hija sempliċiment mossa mhux leali mill-Management biex jipprova jdgħajjef  l-għaqda tal-ħaddiema.

Filwaqt li tifhem u tissimpatizza mal-klijenti u l-familji tagħhom, il-UĦM Voice of the Workers qed tħeġġeġ lis-Segretarju Parlamentari Agius Decelis sabiex jintervjeni dwar l-aħħar materji pendenti u jwaqqaf l-iskumdita’ ikkawżata minn dan it-tkaxkir tas-saqajn.

Din il-union temmen fis-saħħa tal-ħaddiema u tappoġġja lill-ħaddiema filwaqt li turi solidjareta’ magħhom. Fuq kollox, ilUĦM Voice of the Workers se tibqa’ taħdem għall-interessi tal-ħaddiema kollha.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment