fbpx

Ftehim settorali li se jtejjeb il-qagħda tal-membri fil-Korp Diplomatiku tal-lum u ta’ għada

“Dan il-ftehim settorali mhux biss se jtejjeb il-qagħda ta’ min huwa membru fil-Korp Diplomatiku llum, imma se joffri wkoll titjib għal min jixtieq jagħmel karriera fid-Diplomażija”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’kelmtejn matul l-iffirmar tal-Ftehim Settorali għall-Ħadddiema li jaħdmu fil-Korp Diplomatiku. Iċ-ċeremonja saret fil-Ministeru għall-Affarjiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, il-Belt nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu 2019. Il-Ftehim Settorali qiegħed itejjeb numru ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tal-Korp Diplomatiku, fosthom kundizzjonijiet bħal titjib fl-iskali, progress fil-karriera fi ħdan l-istess post tax-xogħol u allowances ġodda. Dan il-ftehim ġie spjegat u approvat mill-maġġoranza tal-ħaddiema tal-Korp Diplomatiku f’laqgħa li saret fil-jiem li għaddew. It-Taqsima Ħaddiema tal-Gvern fi ħdan il-UĦM Voice of the workers, immexxija minn Edwin Balzan, espremiet is-sodisfazzjon tagħha għall-mod kif saru n-negozjati, tant li kien hemm rieda tajba mill-partijiet konċernati u b’hekk kienu konklużi għas-sodisfazzjon taż-żewġ naħat. Dan il-Ftehim Settorali, li minnu se jibbenefikaw 133 ħaddiem, hu effettiv mill-1 ta’ Jannar 2019. Ta min jgħid li l-istess ftehim settorali kien ilu ma jiġi aġġornat aktar minn 20 sena. Il-firmatarji għan-nom ta’ UĦM Voice of the Workers kienu Josef Vella, Kap Eżekuttiv; Jesmond Bonello, Direttur; u Edwin Balzan, Assistent Direttur u responsabbli mit-Taqsima għall-Ħaddiema tal-Gvern. Għan-naħa tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ iffirmaw Fiona Formosa, Segretarju Permanenti; u Victor Grech, Direttur fi ħdan il-Ministeru.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment