fbpx

Il-ħaddiema fl-MCCAA se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol

Il-UĦM Voice of the Workers flimkien mal-General Workers’ Union (GWU) u l-Awtorita’ Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Awyorita’.

Dan il-ftehim kollettiv, validu għal erba’ snin, ikompli fuq dak ta’ qablu u l-ħaddiema se jibbenefikaw minn ħafna titjib fosthom żidiet fis-salarji li jirriflettu x-xejriet kurrenti. Opportunitajiet għal tisħiħ fil-karriera kif ukoll tisħiħ fil-miżuri dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja kif ukoll aktar flessibbilta’ fis-sigħat tax-xogħol ġew imtejjba.

L-inċentivi fis-salarji huma mmirati sabiex jippremjaw lil dawk il-ħaddiema beżlin fl-entita. L-istess inċentivi se jgħinu lill-Awtorita’ sabiex tattira impjegati ġodda bl-iskop li jtejbu l-effiċjenza fl-għoti tas-servizzi lill-pubbliku.

Il-bidliet li ħarġu mill-Ftehim Kollettiv il-ġdid tal-MCCAA huma riżultat tad-diskussjonijiet pożittivi bejn il-partijiet kollha nvoluti sabiex l-Awtorita’ tkompli bl-istateġija tagħha ħalli tiżviluppa s-servizzi tagħha u fl-istess ħin ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħha.

Għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv, il-UĦM Voice of the Workers kienet rappreżentata minn Mario Sacco, Employment Relations Senior Manager u l-uffiċjal mill-Collective Bargaining Unit (CBU) tal-union; kif ukoll minn Antoinette Aquilina, Employment Relations Manager – Taqsima Entitajiet Pubbliċi u Komunikazzjoni.

 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment