fbpx

Il-UĦM Voice of the Workers tikteb lill-Ministru Owen Bonnici

Il-UĦM Voice of the Workers, xi żmien ilu, kienet resqet numru ta’ proposti sabiex iservu bħala bażi għal ftehim settorjali dwar il-ħaddiema li jaħdmu bħala Deputati Reġistraturi fil-Qorti.  Din il-union kienet kitbet lil Ministru kif ukoll lil amministrazzjoni tal-Qorti dwar dan u sostniet li ma tistax tifhem għaliex dan id-dewmien kollu sabiex jintlaħaq ftehim għall-ħaddiema f’din il-kategorija. Dawn il-ħaddiema jgawdu r-rispett u l-fiduċja tal-amministrazzjoni tal-Qorti kif ukoll tal-ġudikanti.

UĦM Voice of the Workers saħansitra talbet diversi drabi sabiex tiltaqa’ mal-Ministru, u għalkemm il-laqgħa ġiet imwiegħda u ffisata għal darba, darbtejn, din il-laqgħa baqgħet ma seħħet qatt.

Dan għax peress li kull darba li din il-union tikseb data u ħin, il-laqgħa kienet qed titħassar min-naħa tal-Ministeru. L-aħħar darba li ġara hekk kien proprju nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar 2016 fejn il-UĦM kienet infurmata fl-aħħar ħinijiet li l-laqgħa, li kienet ġiet ippjanata bejn il-Ministru u l-uffiċjali ta’ din il-union, kienet tħassret mill-Ministeru stess.

Dan mhux il-mod kif jiġu trattati l-ħaddiema u l-union li tirrapreżentahom. Għaldaqstant, UĦM Voice of the Workers qed tagħmilha ċara li jekk mhux se tingħata laqgħa sal-aħħar ta’ dan ix-xahar u l-affarijiet jibqgħu sejrin għan-niżla, se tkun qed  tordna azzjonijiet industrijali fil-jiem li ġejjin sabiex tħares l-interessi tal-membri tagħha.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment