fbpx

Talba għal rikonoxximent ewlieni tal-professjonisti impjegati ma’ Steward Health Care

 

Il-UĦM Voice of the Workers illum talbet l-għarfien ewlieni għall-Professjonisti tas-Saħħa (Allied Health Professionals) li huma impjegati direttament ma’ Steward Health Care. Dan ġara wara li l-maġġoranza assoluta ta’ dawn il-professjonisti wrew fiduċja sħiħa f’din il-union sabiex tkun tista’ tinnegozja kundizzjonijiet aħjar għalihom.

Dawn il-professjonisti, li jinkludu Dieticians, Occupational Therapists, Fiżjoterapisti, Podiatrists u Speech Therapists, ilhom impjegati ma’ Steward Health Care għal numru ta’ snin. Jidher biċ-ċar li għalkemm dawn il-ħaddiema jaħdmu fl-isptarijiet pubbliċi ma’ ħaddiema oħrajn tal-Gvern, il-kundizzjonijiet tagħhom huma inqas vantaġġjużi minn dawk ta’ ħaddiema sħabhom li huma ħaddiema tal-Gvern.

Għaldaqstant, din il-Union qed tesiġi li l-proċess tal-għarfien jibda minnufih ħalli sussegwentament tibda tinnegozja kundizzjonijiet ferm aħjar għal dawn il-ħaddiema.

 

 

 

Like this article?

Share on facebook
Share on Facebook
Share on twitter
Share on Twitter
Share on linkedin
Share on Linkdin
Share on pinterest
Share on Pinterest

Leave a comment