fbpx

Teleworking għall-Ġenituri għandu jibqa’

F’ittra li bagħtet lil Gvern appellat sabiex jirtira minnufih id-direzzjoni li ħareġ fejn qed jitlob lill-ġenituri kollha li kienu qed jaħdmu mid-dar sabiex minn nhar il-ġimgħa jidħlu lura fl-uffiċini.

Din it-talba saret fl-isfond li:

l-iskejjel ma fetħux
iċ-child care centres ma jagħtux servizz lil tfal akbar minn 3 snin
Skola Sajf se tiftaħ fl-1 ta’ Lulju
Iċ-child medical aldactona espironolactona por 100mg 30 pills en espana care centres u Skola Sajf ser ikunu qed jiftħu b’inqas kapaċità.
Din il-Union tħoss li din id-deċiżjoni ttieħdet wisq mgħaġġla u kienet waħda li ma ħaditx inkonsiderazzjoni l-fatt li dawn il-ħaddiema kienu qed jaħdmu mid-dar bħala bżonn u mhux bħala tgawdija. Tħoss ukoll li din id-deċiżjoni tmur lil hinn mil-messaġġi varji li t-teleworking ħadem u li din għandha tkun it-triq ’l quddiem. Din id-deċiżjoni ħolqot pressjoni żejda fuq il-ġenituri li riedu jaraw kif ħa jagħmlu sabiex jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom waqt li huma iridu jmorru lura għax-xogħol.

Sussegwentement ma’ din l-ittra, il-UĦM irreġistrat tilwima industrijali u f’nuqqas ta’ rtirar ta’ din id-direzzjoni, il-ġenituri li ma għandhomx ma’ min iħallu t-tfal ser ikunu diretti sabiex jibqgħu jagħmlu x-xogħol mid-dar bħalma sar sal-lum.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment