fbpx

Theddida għall-Professjonisti b’Kariga Pubblika

Il-UĦM Voice of the Workers turi solidarjetà mal-Konsulent ta’ Saħħa Pubblika Dr Kenneth Grech u turi d-dispjaċir tagħha li Konsulent  ta’ Saħħa Pubblika ġie trasferit wara li ta’ analiżi professjonali ibbażat fuq ix-xjenza. Dan seħħ mhux għax il-konsulent kien żbaljat imma għax hemm min mhux kuntent b’tali analiżi.

Dawn il-manuvri ma jawgurawx tajjeb għall-paċi industrijali għaliex din l-attitudni twassal sabiex kull ħaddiem jew professjonist li jokkupa kariga pubblika jista’ jisfa’  mhedded jekk jesprimi opinjoni li din mhux bilfors tingħoġob.  

Il-UĦM Voice of the Workers tisħaq li ngħixu f’pajjiż demokratiku u li għalhekk kull parir professjonali għandu jingħata mingħajr biżà jew favur.

Il-UĦM tikkundanna dan l-aġir u titlob li Dr Kenneth Grech jingħata postu lura.

Like this article?

Share on facebook
Share on Facebook
Share on twitter
Share on Twitter
Share on linkedin
Share on Linkdin
Share on pinterest
Share on Pinterest

Leave a comment