fbpx

UĦM Voice of the Workers: “Stand up to be counted”

Il-UĦM Voice of the Workers qed tistenna li, f’kull ċirkostanza, il-pajjiż għandu jiġi qabel kull interess ulterjuri.

Il-UĦM tappella lis-soċjetà sabiex tipprotesta b’mod ċiviku u titlob lill-Gvern biex ma jimbuttax lill-poplu fil-preċipizju tar-rabja.

Il-UĦM tisħaq li f’kull ċirkostanza għandu jkun hemm istituzzjonijiet li jaħdmu u jaħdmu fil-ħin. Il-ġustizzja għandha mhux biss tidher li qed issir imma li effettivament issir.  Il-UĦM tistenna li kif ħaddiem jiġi sospiż f’ċirkostanzi li jkun hemm suspett ċar ta’ nuqqas min-naħa tiegħu, allura bl-istess mod Ministru u Chief-of-Staff ta’ Prim Ministru għandhom ikunu ta’ eżempju għal ħaddiehor billi jirriżenjaw jew, tal-inqas, jissospendu ruħhom sakemm issir l-investigazzjoni xierqa.

Għaldaqstant, il-UĦM tappella lill-membri parlamentari sabiex jitlaqqa’ l-Parlament ħalli, b’mod urġenti, issir diskussjoni dwar din is-sitwazzjoni prekarja f’dan il-pajjiż.

Il-UĦM qed tgħid:-

  • Stand up to be counted…. lill-Membri Parlamentari ta’ rieda tajba li jġibu l-interess nazzjonali l-ewwel u qabel kollox;
  • Stand up to be counted….lill-istituzzjonijiet nazzjonali biex bla biża’ u favuri jaqdu dmirijiethom fl-interess nazzjonali;
  • Stand up to be counted….lill-korpi kostitwiti sabiex isemmgħu leħinhom fl-interess nazzjonali għan-nom tal-membri tagħhom.

Il-UĦM tisħaq Stand up to be counted….lill-ħaddiema u lill-poplu b’mod ġenerali f’dan il-mument fejn pajjiżna qed isejħilkom u nżommu quddiem għajnejna li Malta l-ewwel u qabel kollox.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment