fbpx

XXXIII Kungress Nazzjonali tal-UHM Voice of the Workers

Illum sar it-33 Kungress Nazzjonali tal-UHM Voice of the Workers. Matul dan il-Kungress ġew maħtura
Josef Vella fejn reġa’ ġie kkonfermat bħala Kap Eżekuttiv għat-tielet darba. Fl-istess Kungress ġie elett
Mario Sacco bħala d-Direttur il-ġdid tal-istess Union. Għaldaqstant, għall-ħames snin li ġejjin l-ogħla
uffiċjali tal-Union huma:


Josef Vella, Kap Eżekuttiv
Mario Sacco, Direttur
Gian Paul Gauci, Deputat Kap Eżekuttiv


Il-Kungress Nazzjonali li kellu t-tema Leħen il-Ħidma… Leħen Rebbieħ hu l-ogħla organu tal-union u
jitlaqqa’ kull ħames snin. Dan hu magħmul mill-Uffiċjali tal-Union, Il-Bord tal-Governanza u Delegati
minn kull post tax-xogħol flimkien ma’ Unions, Assoċjazzjonijiet u Koperattivi msieħba mal-istess
Union. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 il-Kungress ma sarx is-sena li għaddiet kif kien skedat
oriġinarjament imma kellu jiġu pospost. Matul il-Kungress il-UHM mhux biss tagħti ħarsa lejn il-ħidma
li tkun twettqet – f’dan il-każ mill-aħħar Kungress li kien sar fl-2015 -sal-lum imma tippreżenta l-viżjoni
tagħha għall-ħames snin li ġejjin. Dan bl-iskop li jitħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema u jsiru l-bidliet li
hemm bżonn biex il-union twieġeb għas-sinjali taż-żminijiet.

(F’dan il-Kungress, il-Kap Eżekuttiv Josef Vella li ilu fit-tmexxija mill-2011 ma kienx kontestat u kien
nominat minn numru konsiderevoli ta’ delegati. Għalhekk dan se jkun it-tielet mandat konsekuttiv.
Fil-każ tal-kariga ta’ Direttur, kien hemm nomina waħda biss, dik ta’ Mario Sacco li wkoll kien nominat
minn numru konsiderevoli ta’ delegati. Hu ilu involut fil-ħidma tal-union għal iktar minn 20 sena u fl-aħħar snin kien responsabbli mit-tmexxija tan-negozjati tal-ftehim kollettivi.)

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment