fbpx

Azzjonijiet industrijali fl-ERA

Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fl-Environment and Resources Authority (ERA) peress li ma kienx hemm żviluppi pożittivi fin-negozjati biex iwasslu għall-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema. Il-management tal-Awtorità ġie mgħarraf bl-azzjonijiet fl-20 ta’ Novembru 2019 permezz ta’ email.

Għaldaqstant din il-union ordnat numru ta’ direttivi fl-Awtorità li se jibdew mill-Ħamis 21 ta’ Novembru 2019.

Id-direttivi jikkonsistu billi ma ssir ebda komunikazzjoni bit-telefon (linja fissa kif ukoll bit-telefon ċellulari); ebda komunikazzjoni bl-email, messaġġi jew ittri; u ebda attendenza jew parteċipazzjoni f’laqgħat, l-ebda investigazzjoni ta’ lmenti u spezzjonijiet u security officers ma jsuqux lill-impjegati għal-laqgħat.

Sadattant, din il-union se tkun qed teskala dawn id-direttivi jekk ma jkunx hemm ebda żvilupp ġdid. Il-UĦM Voice of the Workers tħeġġeġ lill-membri tagħha sabiex isegwu dawn id-direttivi li huma koperti bl-Employment and Industrial Relations Act.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment