fbpx

Il-Professjonisti Legali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jagħżlu l-UĦM Voice of the Workers

Illum il-UĦM Voice of the Workers ingħatat l-għarfien ewlieni tal-Avukati u l-Prokuraturi Legali li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Issa li ngħata dan l-għarfien imiss il-pass li l-maniġment tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali jpoġġi madwar mejda mal-Union sabiex dawn il-professjonisti jibdew jingħataw kundizzjonijiet xierqa.

L-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali fix-xhur li ġejjin se jkun għaddej minn riforma sħiħa fejn ser jinbidel in-natura tax-xogħol u għaldaqstant din it-tibdila titlob titjib ukoll fil-kundizzjonijiet u fil-pagi. Il-UĦM Voice of the Workers se taħdem bis-sħiħ biex f’qasir żmien jintlaħaq ftehim fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment