fbpx

Il-UĦM tikseb l-għarfien biex tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-ERA

Il-UĦM Voice of the Workers ingħatat l-għarfien ewlieni sabiex tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-Awtorita’ għall-Ambjent  u r-Riżorsi (ERA). Dan ir-rikonoxximent kien possibbli wara proċess ta’ verifikazzjoni li permezz tiegħu l-UĦM ġiet konfermata li hi għandha l-maġġoranza ta’ membri fil-gradi tekniċi u klerikali fi ħdan din l-Awtorita’.

Il-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema tat fiduċja lill-UĦM tant li ħafna ssieħbu magħha wara li l-union kienet ilha diversi xhur taħdem sabiex dawn il-ħaddiema jingħataw l-attenzjoni u  importanza tal-ħtiġiet tagħhom.

Aktar minn hekk il-UĦM, permezz tat-Taqsima Ħaddiema mal-Gvern, se tkompli tenfasizza

sabiex jibdew id-diskussjonijiet kemm jista jkun malajr ħalli l-ħaddiema f’din l-entita’ jkollhom kundizzjonijiet u opportunitajiet aħjar.

Sadattant din il-union,  fil-jiem li ġejjin, se tlaqqa’ lill-ħaddiema kollha sabiex tilqa’ il-proposti u s-suġġerimenti tagħhom ħalli jibda l-proċess tal-ftehim kollettiv.

It-Taqsima tilqa’ lil dawn il-ħaddiema u tirringrazzjahom tal-fiduċja tagħhom fis-servizz li  ngħata minn UĦM Voice of the Workers.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment