fbpx

Ordnati azzjonijiet industrijali fil-FSWS

Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fil-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) peress li ma kienx hemm żviluppi fin-negozjati biex iwasslu għat-tiġdid tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema. Il-management tal-Fondazzjoni ġie mgħarraf bl-azzjonijiet il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2018 permezz ta’ email indirizzata lil Alfred Grixti, Kap Eżekuttiv tal-FSWS.

Għaldaqstant din il-union ordnat numru ta’ direttivi fil-FSWS, Santa Venera li se jibdew minn nhar it-Tnejn 8 ta’ Jannar 2018. Dawn id-direttivi se jkopru biss lil dawk il-ħaddiema li huma membri fil-UĦM Voice of the Workers.

Id-direttivi jikkonsistu billi ma ssir ebda komunikazzjoni bit-telefon (linja fissa kif ukoll bit-telefon ċellulari); ebda komunikazzjoni bl-email, messaġġi jew ittri; u ebda attendenza jew partiċipazzjoni f’laqgħat multidixxiplinarji.

Sadattant, din il-union se tkun qed teskala dawn id-direttivi jekk ma jkunx hemm ebda żvilupp ġdid. Il-UĦM Voice of the Workers tħeġġeġ lill-membri tagħha sabiex isegwu dawn id-direttivi li huma koperti bl-Employment and Industrial Relations Act.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment