Ordnati azzjonijiet industrijali fil-FSWS

Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fil-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) peress li ma kienx hemm żviluppi fin-negozjati biex iwasslu għat-tiġdid tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema. Il-management tal-Fondazzjoni ġie mgħarraf bl-azzjonijiet il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2018 permezz ta’ email indirizzata lil Alfred Grixti, Kap Eżekuttiv tal-FSWS. Għaldaqstant din il-union ordnat numru ta’ direttivi fil-FSWS, Santa…