Id-Deputati Reġistraturi tal-Qorti dalwaqt se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol

Il-UĦM Voice of the Workers laħqet bażi ta’ ftehim mal-Gvern u l-Qorti dwar il-kwistjoni tad-Deputati Reġistraturi. Permezz ta’ dan il-qbil, ser jkun iffirmat ftehim settorali ġdid għal dawn il-ħaddiema bl-iskop li tinħoloq struttura sabiex l-istess ħaddiema jibbenefikaw minn żidiet, kemm fil-paga kif ukoll fl-allowances tagħhom. Intant dan il-ftehim se jkun spjegat lill-ħaddiema, membri fil-UĦM, fil-jiem…