Il-UĦM Voice of the Workers titlef persuna rispettabbli

Tħabbret il-mewt ta’ Jimmy Briffa, eks Segretarju tat-Taqsima tas-Saħħa fi ħdan il-UĦM. Hu kellu 73 sena. Jimmy Briffa kien bniedem rispettabbli, ġeneruż u dejjem kien jistinka biex jgħin lil ħaddieħor. Bħala professjoni hu kien  infermier u b’dedikazzjoni kbira kien jieħu ħsieb il-pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli. Is-Sur Briffa kien wieħed mill-ewwel membri tal-UĦM, tant li ilu…