L-UĦM Voice of the Workers imnikkta għat-telfa ta’ aktar ħajjiet matul din is-sena

Il-UĦM Voice of the Workers turi sogħba u niket għat-telfa traġika ta’ Christ Zahra, impjegat tal-Malta Freeport Terminals u Mario Vella, li sfortunatament kien ukoll involut f’inċident traġiku li seħħ ilbieraħ fuq il-post tax-xogħol. Il-UĦM Voice of the Workers tesprimi d-dieqa tagħha għat-telfa ta’ dawn iż-żewġ impjegati u tagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-familja ta’ Sur Zahra…