Il-UĦM konfermata bħala l-Unjin għall-Paramedic Aides

Illum it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa tal-Union Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) ingħatat konferma uffiċċjali mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xoghol li tgawdi mill-maġġoranza tal-ħaddiema tal-Gvern fil-grad ta’ Paramedic Aide msieħba fi ħdan il-UĦM. Fix-xhur li għaddew it-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-UĦM kisbet ukoll rikonxximent ewlieni fid-Dental Surgery Assistants u Pharmacy Technicians.