Il-UĦM tagħmel żjara ta’ kortesija lis-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-GWU

It-tmexxija tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) għamlet żjara ta’ kortesija lill-General Workers’ Union wara li Josef Bugeja, fil-jiem li għaddew, ħa f’idejh it-tmun tal-GWU. Iż-żjara ta’ kortesija saret fil-Workers’ Memorial  Building, il-kwartieri tal-GWU, fil-Belt.