UĦM Voice of the Workers rikonoxxuta uffiċjalment bħala r-rappreżentanta tal-ħaddiema tal-MPT

UĦM Voice of the Workers kisbet ir-rikonoxximent uffiċjali biex tirrapreżenta lill-ħaddiema  tal-Malta Public Transport (MPT) waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Head Office tal-MPT f’Ħal Qormi lbieraħ filgħodu.