Il-Gvern għandu jagħti kumpens immedjat lill-ħaddiema u lill-pensjonanti

Il-UĦM Voice of the Workers tirreferi għaż-żieda fil-prezzijiet tal-fuels li tħabbru mill-Gvern il-bieraħ. Din il-union diġa’ ġibdet l-attenzjoni fuq iż-żidiet li tħabbru riċentament fil-prezzijiet tal-ħalib, tal-ħobż u tal-fuels – tliet prodotti essenzjali li żdiedu sostanzjalment. Fil-każ tal-fuels il-union qed titlob spjega ta’ kif l-Enemed qed tasal għall-prezz finali għall-konsumatur. Il-Gvern injora wkoll proposta ta’ din…