Il-UĦM tgawdi l-maġġoranza tal-Allied Health Professionals

Laqgħa li llum kellha tikkomunika r-riżultat fuq it-talba tal-UĦM Voice of the Workers għar-rikonoxximent tas-settur tal-Allied Health Professionals (AHP), spiċċat biex ma ġie kkomunikat xejn. Dan wara li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet  Industrijali (DIER) ma kellux direzzjoni jekk is-settur tal-AHP għandux jibqa’ jiġi kunsidrat bħala settur wieħed jew le. Ħareġ biċ-ċar li d-DIER tilef l-awtonomija tiegħu u …