L-Allied Health Professionals jirbħu d-dritt li jinnegozjaw bis-saħħa tal-UĦM

Illum il-Qorti kkomunikat id-deċiżjoni tal-mandat ta’ inibizzjoni mressaq mill-MUMN fejn din il-union kienet qed tfittex li twaqqaf lill-Gvern milli jibda jew itemm negozjati ta’ ftehim settorali tal-Allied Health Professionals. Il-mandat instema’ quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u, fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef tenna li l-Qorti qed tiċħad it-talbiet tal-MUMN għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni….