Aġir kundanabbli li ma jawgurax tajjeb għar-relazzjonijiet industrijali

Fl-2019 din il-Union ingħatat rikonoxximent tax-xufiera tal-Ambulanzi li joperaw mill-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u miċ-Ċentri tas-Saħħa. Din il-Union ilha għal dan l-aħħar 12-il xahar tagħmel tentattivi sabiex tibda tinnegozja pakkett xieraq għal dawn ix-xufiera (EARs*) u l-familji tagħhom. Wara diversi xhur ta’ staġnar dawn ix-xufiera, permezz ta’ din il-Union, ħadu azzjoni industrijali…