Ftehim kollettiv li jagħti bixra umana

Il-ħaddiema fl-amministrazzjoni, tekniċi u industrijali tal-Universita’ ta’ Malta se jkomplu  jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol, żieda fis-salarji u titjib fl-istrutturi tal-gradi. Dan wara li kien iffirmat ftehim kollettiv bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-Universita’ ta’ Malta, it-Tlieta 20 ta’ Marzu 2018. Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, stqarr…