Il-Professjonisti Legali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jagħżlu l-UĦM Voice of the Workers

Illum il-UĦM Voice of the Workers ingħatat l-għarfien ewlieni tal-Avukati u l-Prokuraturi Legali li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Issa li ngħata dan l-għarfien imiss il-pass li l-maniġment tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali jpoġġi madwar mejda mal-Union sabiex dawn il-professjonisti jibdew jingħataw kundizzjonijiet xierqa. L-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali fix-xhur li ġejjin se jkun għaddej minn riforma sħiħa fejn…

Strateġija biex tweġġa’ l-Professjonisti

Is-sena l-oħra l-Malta Union of Midwives and Nurses imminat l-Allied Health Professionals, milli jinnegozjaw Ftehim Settorjali ġdid billi pprovat twaqqaf id-direttur tax-xogħol milli jlesti proċess ta’ għarfien. F’Ottubru 2019, wara li l-proċess ta’ għarfien kien konkluż, u l-UĦM Voice of the Workers ġiet rikonoxxuta bħala l-Unjin li għandha tirrapreżenta dawn il-professjonisti, l-MUMN reġgħet ppersistiet b’mandat ieħor sabiex twaqqaf in-negozjati….

Sospiżi l-azzjonijiet industrijali b’sens ta’ rieda tajba

Illum sar intervent mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’laqgħa li saret mal-UĦM Voice of the Workers. Fiha ġew trattati numru ta’ pendenzi sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim settorali għall-Allied Health Professionals. Fl-10 t’Awwissu, l-UĦM Voice of the Workers kienet ħarġet b’numru ta’ azzjonijiet industrijali lil dawn il-professjonisti  minħabba li ma kien qed ikun hemm…

Kundizzjonijiet inferjuri lil Allied Health Professionals

Wara ġimgħa ta’ azzjonijiet u nuqqas ta’ rieda tajba min-naħa tal-Gvern jidher biċ-ċar illi l-Gvern ma għandux intenzjoni li jagħti żieda xierqa lil dawn il-professjonisti. Għalhekk, il-UĦM Voice of the Workers qed tħabbar li minn nofs il-lejl tal-lum se tkun qed teskala d-direttivi tal-Allied Health Professionals. Dawn il-grupp ta’ professjonijiet speċjalizzati f’setturi differenti fil-qasam tas-saħħa huma l-Audiologists,…

Remote Working huwa Essenzjali

Il-UĦM Voice of the Workers tinsab imħassba bin-numru ta’ każijiet pożittivi tal-COVID-19 li qed ikun hemm ta’ kuljum. Tifhem li dawn in-numri qed joħolqu ansjetà lil ħafna ħaddiema. Din il-Union irċiviet diversi talbiet mingħand il-ħaddiema u qed terġa’ tisħaq li l-postijiet ta’ xogħol jimxu skont il-linji gwida li ħarġu mis-Supretendent ta’ Saħħa Pubblika. Din il-Union qed tesiġi sabiex…