“Tibqax tagħmel il-ħsara lil Malta”

“Tkunx supperv u agħti widen lil min irid jara l-ġid sabiex ikun hemm governanza tajba fil-pajjiż. Tibqax tagħmel il-ħsara lil Malta.” Hekk  saħaq Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers waqt diskors matul il-konferenza ta’ Jum il-Ħaddiem bit-tema “Ħidma b’Viżjoni – Mill-Kliem għall-Fatti” li saret fl-Istitut  Kattoliku, il-Furjana. Josef Vella tkellem dwar…

Il-UĦM tiddeplora l-aġir tal-GWU

Waqt li taqbel mal-General Workers’ Union (GWU) li ħadd ma għandu jitkeċċa minħabba li obda direttiva tal-union, il-UĦM Voice of the Workers tifhem li l-management tal- Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS) indirizza din is-sitwazzjoni minħabba li l-ħaddiema imsemmija ngħatat lura l-post ta’ xogħol tagħha. Il-UĦM tiddeplora l-aġir tal-GWU għax qed tuża din…

Il-UĦM tappella lill-Gvern biex jieqaf jagħmel ħsara lil Malta

“Ma nistgħux  naċċettaw l-attitudni ħażina tal-Gvern li qed tkisser il-governanza”. Dan  sostnih Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha fisser  ir-raġunijiet għaliex din il-union se tkun qed tipparteċipa fid-Dimostrazzjoni Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni ta’ nhar il-Ħadd 10 ta’  April 2016. Josef  Vella stqarr li wara li semgħet l-opinjoni tal-membri…

Reżoluzzjoni tas-CMTU mressqa u approvata llum, 18 ta’ Marzu 2016 waqt il-laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali tas-CMTU.

Pożizzjoni tas-CMTU dwar il-privatizazzjoni ta’ l-isptarijiet ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa, fiċ-ċirkostanzi preżenti. Is-CMTU tinnota b’sodisfazzjon li jidher li hemm impenn minn naħa tal-Gvern li jdaħħal iżjed Governanza fid-deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-poplu Malti; CMTU tinnota b’sodisfazzjon li ġew irtitrati l-avviżi legali li kienu jeżentaw il-bini ta’ sptarijiet minn sotto-missjoni ta’ applikazzjoni għall-permessi ta’…

Il-UĦM titlob ir-rikonoxximent fil-Freeport

Il-UĦM Voice of the Workers talbet ir-rikonoxximent uffiċjali mingħand il-management tal-Freeport Terminal sabiex din il-union tibda tirrapreżenta lill-ħaddiema mill-ġdid. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat numru sostanzjali ta’ ħaddiema rriżenjaw mill-General Workers’  Union (GWU). Mindu l-GWU bdiet tirrapreżenta lill-ħaddiema f’Ġunju tas-sena li  għaddiet, il-problemi u t-tħassib  fost il-ħaddiema dwar il-mod kif kienet  taġixxi  l-union l-oħra ma…

Il-UĦM se tattendi bi ħġarha għall-Protesta Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni

Il-UĦM Voice of the Workers se tkun qed tieħu sehem fil-protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni li ħakmet dan il-pajjiż. Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers fisser li dawn il-diversi inċidenti qed jirriflettu fi kriżi ta’ governanza. Josef Vella qal li l-korruzzjoni għandha ħafna wċuħ, mhux biss f’dak finanzjarju, anki jekk inbagħbsu mad-demokrazija u l-proċessi tal-eżekuttiv tal-pajjiż,…

Il-UĦM Voice of the Workers u s-CMTU jiktbu lill-Ministru Helena Dalli

Il-UĦM Voice of the Workers u s-CMTU bagħtu ittra konġunta lill-Ministru Helena Dalli rigward il-pożizzjoni tat-Tribunal Industrijali. F’din l-ittra huma elenkaw li matul il-laqgħa mal-Employment Relations Board (ERB) kienu diġa tressqu lmenti dwar punti mressqa min-naħa tal-Gvern u li ma kienx hemm qbil dwarhom. Dan minħabba li każijiet pendenti li hemm quddiem it-tribunal jistgħu jiġu…

It-Tribunal Industrijali għandu jitmexxa minn Maġistrat

“Jeħtieġ li flok ikun immexxi minn Chairperson, it-Tribunal Industrijali jibda jitmexxa minn Maġistat u l-membri fuq it-Tribunal ikunu esperti jew ikollhom għarfien dwar il-liġi industrijali.” Dan saħqu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice  of the Workers f’konferenza tal-aħbarijiet li trattat l-iżviluppi li qed iseħħu u r-riformi li jridu jsiru fit-Tribunal Industrijali. Qorti tal-Appell imxiet…

Il-UĦM Voice of the Workers tikteb lill-Ministru Owen Bonnici

Il-UĦM Voice of the Workers, xi żmien ilu, kienet resqet numru ta’ proposti sabiex iservu bħala bażi għal ftehim settorjali dwar il-ħaddiema li jaħdmu bħala Deputati Reġistraturi fil-Qorti.  Din il-union kienet kitbet lil Ministru kif ukoll lil amministrazzjoni tal-Qorti dwar dan u sostniet li ma tistax tifhem għaliex dan id-dewmien kollu sabiex jintlaħaq ftehim għall-ħaddiema…

Solidarjetà mal-MEP Roberta Metsola

Il-UĦM Voice of the Workers tiddeplora bla riservi l-kummenti u l-messaġġi ta’ theddid li rceviet u qiegħda tirċievi l-Ewro Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola wara d-diskors li għamlet fil-Parlament Ewropew il-ġimgħa li għaddiet. Roberta Metsola għamlet referenza għall-attakki li seħħew lejlet l-ewwel tas-sena f’Cologne fil-Ġermanja fejn kien hemm attakki vjolenti kif ukoll sesswali fuq nisa kif…