Il-UĦM Voice of the Workers tikteb lill-Ministru Owen Bonnici

Il-UĦM Voice of the Workers, xi żmien ilu, kienet resqet numru ta’ proposti sabiex iservu bħala bażi għal ftehim settorjali dwar il-ħaddiema li jaħdmu bħala Deputati Reġistraturi fil-Qorti.  Din il-union kienet kitbet lil Ministru kif ukoll lil amministrazzjoni tal-Qorti dwar dan u sostniet li ma tistax tifhem għaliex dan id-dewmien kollu sabiex jintlaħaq ftehim għall-ħaddiema…

Solidarjetà mal-MEP Roberta Metsola

Il-UĦM Voice of the Workers tiddeplora bla riservi l-kummenti u l-messaġġi ta’ theddid li rceviet u qiegħda tirċievi l-Ewro Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola wara d-diskors li għamlet fil-Parlament Ewropew il-ġimgħa li għaddiet. Roberta Metsola għamlet referenza għall-attakki li seħħew lejlet l-ewwel tas-sena f’Cologne fil-Ġermanja fejn kien hemm attakki vjolenti kif ukoll sesswali fuq nisa kif…

UĦM Voice of the Workers deeply concerned with the recent developments in the Industrial Tribunal

Following the judgement by the Court of Appeal confirming a previous judgment which had found the composition of the Industrial Tribunal as being unconstitutional, the UĦM Voice of the Workers is greatly concerned that the recent developments have cast a shadow of uncertainty over the rights afforded to the employees and their right to seek…

Iffirmat ftehim ġdid dwar proċessi ta’ għażla fis-Servizz Pubbliku

STQARRIJA KONĠUNTA MAĦRUĠA MILL-GVERN, IL-GWU U L-UĦM – Voice of the Workers Iffirmat ftehim għall-gradi tas-Servizz Ġenerali bejn il-Gvern u l-General Workers’ Union u l-UĦM – Voice of the Workers, għan-naħa tal-Unions. Dan il-ftehim jirrikonoxxi l-kwalifiċi akkademiċi ta’ dawk il-persuni li japplikaw għall-proċess t’għażla għall-mili ta’ vakanzi fil-gradi Ġenerali fis-Servizz Pubbliku mingħajr il-ħtieġa li wieħed…

Il-vuċi ta’ UĦM Voice of the Workers sa fl-aħħar instemgħet

Wara li matul is-sena li għaddiet il-UĦM Voice of the Workers ħarġet sensiela ta’ stqarrijiet u ġew pubblikati artikli dwar il-ħtieġa li ssir reviżjoni urġenti tal-prezzijiet tal-enerġija, u speċjalment wara feature li kien pubblikat fuq il-portal www.voiceoftheworkers.eu, dwar il-bżonn li l-kompetizzjoni miftuħa tirrenja għal iżjed vantaġġi lill-konsumatur, il-vuċi ta’ din il-union sa fl-aħħar instemgħet. Dan…

Il-vot tal-lum mhux għall-UĦM imma hu vot għalik

Dalgħodu l-ħaddiema tal-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) se jkunu qed jivvutaw biex jagħmlu l-għażla tagħhom  fejn  tidħol ir-rikonoxximent trejdunjonistiku – liema hi dik  il-union se jafdaw biex tirrapreżentahom għan-negozjati  tagħhom. Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, qal li din  il-union ma taqbilx li kellha ssir din it-tip ta’ votazzjoni, partikularment…

Laqgħa bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-Amministrazzjoni tad-Dwana

Il-UĦM Voice of the Workers għamlet żjara uffiċjali mal-amministrazzjoni tad-Dwana.  Għal din il-laqgħa kienu prezenti Josef Vella, Kap Eżekuttiv u Mario Sacco, Employment Relations Senior Manager rispettivament ghan-nom tal-UHM kif ukoll Victor Cremona u Robert Demanuele, rapprezentanti tal-haddiema fid-Dwana li huma membri fdin il-union. Ghan-nom tad-Dwana attendew Joseph P. Brincat, id-Direttur Ġenerali, u Joseph Chetcuti,…

Ejja nattiraw investituri lokali

Meta fil-laqgħa straordinarja tal-Bord Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers jien għidt li għandna nagħmlu lil Malta bħala hub għall-investiment, kont qed nifhem biex niddiskriminaw bejn investiment u investiment. Iżda fl-istess nifs ma rridux inpoġġu l-piż kollu tal-investiment fuq ċertu industriji li llum qed irendu – jiġifieri s-servizzi finanzjarji u l-iGaming. Dan ifisser li…