Messaġġ mil-UĦM fl-okkażżjoni tal-200 sena anniversarju tal-Korp tal-Pulizija f’Malta

Il-Union Ħaddiema Maghqudin ssellem lill- pulizija fl-okkażjoni tal-200 sena anniversarju. Il-UĦM tirringrazzja lil dawk il-pulizija li ta’ kuljum jgħatu servizz lill-komunita’ Maltija u Għawdxija xi kultant anke b’periklu għal-ħajjithom.  Waqt li l-UHM se tkun hemm anke qed tipprovdi s-servizzi tagħha trejdunjonistiċi, tinnota li l-gvern jidher biċ- ċar li waqt li fetaħ l-Union beraħ għal GWU…

L-Union Ħaddiema Magħqudin tordna direttivi ġewwa l-EUPA

It-Taqsima Edukazzjoni, Kultura u Rikreazzjoni tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) illum ordnat numru ta’ direttivi ġewwa l-European Union Programme Agency (EUPA). Dan wara li fallew it-tentattivi fuq l-qbil tal-fteħim kolletiv il-ġdid. L-UĦM irreġistrat tilwima industrijali nhar it-Tnejn 30 ta’ Gunju 2014, fejn wara kellha laqgħa fil-preżenza tad-Direttur ta’ Xogħol ma sar l-ebda progress. Il-ħaddiema tal- aġenzija…

Aktar ħaddiema ex-Arriva jkomplu jissieħbu mal-UĦM

Hu ta’ sodisfazzjon għat-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM li fil-jiem li għaddew aktar xufiera u ħaddiema oħra ex-Arriva komplew jagħtu fiduċja u daħlu membri fil-UĦM.

Il-ħaddiema ex-Arriva  huma insodisfatti bin-nuqqas ta’ riżultati li kisbet il-Unjin tagħhom rikonoxxuta sa llum. Dawn il-ħaddiema qegħdin jilmentaw li matul dawn id-diversi xhur, l-unika ħaga li akkwistaw il-ħaddiema permezz tal-Unjin rikonoxxuta sa issa kien id-dritt tagħhom stess, li jitħallsu ta’ xogħol li għamlu fil-Festi Pubbliċi.