Josef Vella u Gian Paul Gauci jitkellmu fuq il-Private Public Partnerships fil-Qasam tas-Sahha fuq Follow Up

Josef Vella, Segretarju Generali tal-UHM u Gian Paul Gauci, Segretarju tat-Taqsima tas-Sahha f’isem UHM jghatu l-opinjoni taghhom fuq il-PPPs tal-Isptartijiet ta’ Ghawdex, ta’ St. Luke’s u ta’ Karin Grech fuq Follow Up [soundcloud url=”https://api.soundcloud.com/tracks/227761540″ params=”auto_play=false&hide_related=false&show_comments=true&show_user=true&show_reposts=false&visual=true” width=”100%” height=”450″ iframe=”true” /]

Il-UĦM tisfida lill-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa rigward il-Privatizzazzjoni tal-Isptarijiet

Wara numru ta’ laqgħat li l-UĦM kellha mal-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa, jidher biċ-ċar li l-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni illi jpoġġi fuq quddiem id-drittijiet tal-ħaddiema u l-professjonisti tas-saħħa fil-privatizzazzjoni tal-Isptarijiet ta’ Għawdex, ta’ St. Luke’s u Karin Grech.

Il-UĦM titlob aktar laqgħat mal-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali

11900088_387500554778349_5830437148605107744_n[1]Wara li l-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) irċeviet diversi ilmenti mingħand numru ta’ ħaddiema, is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella ċempel lill-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Socjali Michael Farrugia u stiednu biex jikkonsulta ma’ kulħadd fir-rigward tal-FSWS ul-Appoġġ. Josef Vella enfasizza li proċess ta’ konsultazzjoni għandu jkun wieħed li jinkludi lill-ħaddiema kollha.

Tmien ġimgħat sħaħ ta’ azzjonijiet industrijali ordnati mill-UĦM fid-DIER

It-Taqsima għas-Servizz Pubbliku fi ħdan il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) ilha għaddejja b’azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER) sa mit-22 ta’ Ġunju 2015.  Dawn l-azzjonijiet ġew ordnati lill-ispetturi fi ħdan id-DIER peress li l-Gvern qed ikun passiv milli jinegozja l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.