Budget pożittiv b’ċertu riservi – UĦM

Din hi reazzjoni inizjali tal-UĦM sakemm dan jiġi diskuss u analizzat fil-Kunsill Ġenerali tal-UĦM. 

Introduzzjoni

Il-UĦM qed  tkun kawta fir-reazzjoni tagħha għall-Budget 2016 għax tinnota li għalkemm ċertu proposti qed tpoġġihom aktar minn darba, xorta waħda ma kienx hemm impenn mill-Gvern biex mid-diskors tal-Budget isarrafhom b’mod tanġibbli. Din il-union tirreferi għall-proposta tal-Kooperattivi u ssostni li, minkejja din kienet fid-diskors tal-Budget 2015, ma mmaterjalizzatx.  Bl-istess mod, minkejja li nstema’ it-twaqqif tal-Istitut tal-Active Labour Market Policy, id-diskors tal-Budget naqas milli jsemmi liema ammont ta’ fond se jiġi vvutat għall-ħolqien tiegħu.

Safeguarding the professionalism of Health Inspectors

On the 8th of October 2015, the Health Inspectors have decided to create an association to safeguard the profession. The Association for Practitioners of Environmental Health (APOEH) was set up with the aim to promote, enhance and safeguard the professionalism of the Environmental Health Officers. This association was set up with the backing of UHM,…

Il-ħaddiema tal-MPT wara l-UĦM

L-Avukat Ian Spiteri Bailey f’isem il-UĦM wieġeb l-ineżattezzi tal-ittra li ntbagħtet mill-Avukat Paul Gonzi f’isem l-MPT. Dan wara li f’ittra li kienet  indirizzata  lill-kumpanija l-Avukat Spiteri Bailey f’isem il-UĦM saħaq li din il-union bi dritt qed tressaq talba għal rikonoxximent li mhix limitata biss għax-xufiera iżda hi talba ħolistika għall-ħaddiema kollha fl-MPT.

Intervista ma’ Josef Vella, Segretarju Ġenerali tal-UĦM

Aqra l-intervista billi tagħfas fuq il-link: “Dment li noffru pagi diċenti, li tħallas iktar bolla isir investiment fik innifsek” – UHM Intant fil-proposti tagħha għall-baġit, il-UĦM qed tipproponi wkoll li tkun introdotta il-pensjoni tat-tieni pilastru (second pillar pension). L-ILLUM fakkar li din tfisser żieda fil-bolla u li allura ħafna mill-membri tiegħu stess mhux se jieħdu…