Il-UĦM b’vuċi għall-Paramedic Aides tal-Isptar Mater Dei

WP_20150309_10_25_10_Pro

WP_20150309_10_26_45_Pro

Is-Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) Josef Vella indirizza konferenza tal-aħbarijiet quddiem id-Day Care Unit tal-Isptar Mater Dei, li matulha l-UĦM uriet li se tkompli tagħti vuċi lill-Paramedic Aides li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei. Matul il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Union sostniet li l-Paramedic Aides għandhom jingħataw kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u bħal dawk ta’ ħaddiema oħrajn tal-Isptar Mater Dei li jagħmlu l-istess xogħol bħal dawn il-ħaddiema.

Il-ħaddiema għandhom id-dritt li jagħżlu il-union tagħhom

 

“Sarfu d-dritt tagħkom li tagħżlu l-union tagħkom…ieqfu mill-mistħija u mill-biżgħa”. Dan sostnih Josef Vella, is-Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) f’laqgħa mqanqla li saret lil grupp ta’ ħaddiema tal-Freeport barra mid-daħla tal-kumpanija f’Birżebbuġia. Il-laqgħa saret wara li l-UĦM kienet tat direttiva lill-ħaddiema biex jieqfu.

Tħassib dwar il-mod kif qed jitmexxa l-MCESD

Il-UĦM illum, permezz ta’ ittra, irreġistrat ir-riserva tagħha għall-mod kif qed jitmexxa l-MCESD. Il-union saħqet li l-livell tad-djalogu soċjali fl-MCESD illum hu ffukat primarjament fuq dak li hu ta’ prijorità għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għad-diversi Ministri fi ħdan il-Kabinett. Tant li kull talba li ssir min-naħa tal-Ministri jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru tiġi immedjatament milqugħa mingħajr ebda riserva, filwaqt li talba li ssir mill-imsieħba soċjali trid tiġi meqjusa u l-validità u l-importanza tagħha jridu jkunu diskussi.