Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM jwieġeb rigward l-Iskema tax-Xogħol fil-Komunita’

L-iskema li biha qed tiġi kritikata l-General Workers’ Union (GWU) m’għandha x’taqsam xejn mal-Garanzija taż-Żgħażagħ u mal-proġetti tal-Work Programme. Dawn il-proġetti tal-aħħar huma inizjattivi tal-Unjoni Ewropea (xi kultant b’fondi mill-istess Unjoni Ewropea) u li  għandhom x’jaqsmu  mal-miri tal-2020 – l-istrateġija tal-UE għal tkabbir ekonomiku. Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, stqarr…

Tħassib dwar il-Kredenzjali tal-VGH

Il-UĦM tinsab imħassba u tistaqsi x’kredenzjali għandha kumpanija privata mwaqqfa fil-British Virgin Islands biex tidħol fid-diskussjoni dwar  l-interess nazzjonali. Il-UĦM tifhem li l-interess ta’ Vitals Global Healthcare (VGH) hu li l-€50 miljun li se nagħtu fis-sena bħala ċittadini Maltin  u Għawdxin, għal mill-inqas 30 sena, se jammonta għal €1.5 biljun. Il-UĦM kienet tippretendi li jekk…

Il-UĦM tikseb l-għarfien biex tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-ERA

Il-UĦM Voice of the Workers ingħatat l-għarfien ewlieni sabiex tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-Awtorita’ għall-Ambjent  u r-Riżorsi (ERA). Dan ir-rikonoxximent kien possibbli wara proċess ta’ verifikazzjoni li permezz tiegħu l-UĦM ġiet konfermata li hi għandha l-maġġoranza ta’ membri fil-gradi tekniċi u klerikali fi ħdan din l-Awtorita’. Il-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema tat fiduċja lill-UĦM tant li ħafna ssieħbu magħha wara…

Il-UĦM tipparteċipa f’konferenza nazzjonali dwar l-investiment f’Malta

F’konferenza nazzjonali bit-tema The Future is Today: EY’s Malta Attractiveness Survey 2016, organizzata minn Ernst & Young, Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers fost oħrajn ipparteċipa f’diskussjoni li matulha ġiet trattata l-importanza tal-ħiliet u l-kapital uman fis-suq tax-xogħol. Dan fl-isfond tal-ħidma biex Malta tattira investituri ħalli joħolqu aktar xogħol b’valur miżjud. L-avveniment…

Il-UĦM Voice of the Workers tordna azzjonijiet industrijali fil-Qorti

Il-UĦM Voice of the Workers tirreferi għall-proposta li din l-istess Union kienet ressqet xi żmien ilu sabiex isservi bħala bażi għall-ftehim dwar il-ħaddiema li jaħdmu bħala Marixxalli u Purtiera fil-Qrati tal-Ġustizzja. Din il-Union qed tipproponi li jkun hemm il-ħlas ta’ allowance sabiex tikkumpensa għall-ħinjiet addizzjonali li jinħadmu wara l-ħin normali tax-xogħol, kif ukoll li l-ħlas…

Il-UĦM għandha missjoni li tkun ta’ piż fil-miżien tad-djalogu soċjali

“Il-UĦM għad fadlilha validita’ u missjoni  kbira biex  tkompli tkun ta’ piż fil-miżien tad-djalogu soċjali. Il-UĦM trid tara li ma  tħallix lil dan  il-miżien  miegħel lejn naħa waħda biss imma tara li dan il-miżien jagħti lil kulħadd dak li ħaqqu.” Josef Vella,  Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice  of the Workers, stqarr dan f’messaġġ fl-okkażjoni tal-50 …

Proposti mill-UĦM Voice of the Workers għall-Budget 2017

Il-UĦM Voice of the Workers ippreżentat il-proposti tagħha għall-Budget 2017 f’konferenza  tal-aħbarijiet li saret fil-Head Office tal-union il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2016. Il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU) u l-Malta Police Association (MPA) ukoll ħabbru l-proposti tagħhom fl-istess attivita’. Fost il-15-il proposta  mressqa minnha, il-UĦM Voice of the Workers terġa’ tisħaq dwar il-bżonn li terġa’ tiddaħħal…

Il-UĦM tikkundanna deċiżjoni li ttieħdet b’mod mgħaġġel

Il-UĦM Voice of the Workers ġiet avviċinata minn diversi ħaddiema tal-Malta Freeport Terminal li jinsabu inkwetati bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li saret il-bierah. F’konferenza organizzata minn Ernst & Young, il-Prim Ministru Joseph Muscat, b’mod ċar, iddikjara li ma jaqbilx li l-Freeport Terminal ikompli jikber u jestendi. Il-Malta Freeport Terminal jaħdem f’industrija kompetittiva fejn il-bastimenti tal-merkanzija qegħdin…

Il-UĦM Voice of the Workers ma tiffirmax kuntratti li ma tkunx rat

F’ittra li bagħtet lil membri mit-Taqsima tas-Saħħa, il-UĦM Voice of the Workers spjegat il-pożizzjoni tagħha u għamlitha ċara li mhux se tiffirma ftehim mal-Gvern dwar il-PPPs. Dan sakemm il-kuntratt oriġinali ma jiġix ippubblikat u mpoġġi taħt l-iskrutinju tal-Uffiċċju tal-Verifika (NAO). Gian Paul Gauci, Assistent Direttur, fisser x’ġara fin-negozjati mal-Ministeru tas-Saħħa u x’inhi r-raġuni wara din…

Azzjoni immedjata favur il-professjonisti fil-kura mentali u l-klijenti tagħhom

22 ta’ Ġunju, 2016 Il-UĦM Voice of the Workers tiddeplora l-inċident li seħħ f’Villa Chelsea nhar it-Tlieta 21 ta’ Ġunju, u turi l-solidarjeta’ mal-ħaddiema kollha li  jaħdmu fil-qasam soċjali. Dan wara li  numru ta’ professjonisti membri tagħha sfaw imweġġa’ ġewwa din l-istituzzjoni. Il-union tħoss li dan l-inċident, fost oħrajn, sar minħabba n-nuqqas ta’ secure units….