Ġustizzja mal-foremen tal-ħaddiema tax-xatt

Il-UĦM Voice of the Workers turi t-tħassib tagħha li l-Kooperattiva tal-Foremen tal-Ħaddiema tax-Xatt ilha 13-il sena tistenna sabiex il-ftehim tagħha jiġi rivedut. Din il-union għamlet diversi tentattivi mal-Gvern u saru ħafna wegħdiet imma sal-lum għadu ma ġie materjalizzat xejn. L-għixien tal-familji ta’ dawn il-ħaddiema jiddependi mill-ftehim li jsir mal-Gvern. Sfortunatament dan il-ftehim, sal-lum,  għadu ma…

Ejja nassiguraw li l-Budget ikun imfassal fuq l-kuxjenza

Il-UĦM Voice of the Workers illum nedhiet il-proposti tagħha għall-Budget 2021, f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kap Eżekuttiv Josef Vella stqarr li din il-Union ippreżentat lill-MCESD 89 proposta fil-ġimgħat li għaddew u li dawn huma mqassma fuq 21 tema. Is-Sur Vella qal li l-ekonomija hija pilastru ewlieni tal-pajjiż u għalhekk f’dawn il-proposti l-gvern qed ikun imħeġġeġ sabiex jagħmel…

IFFIRMAT FTEHIM KOLLETTIV BEJN IL-FONDAZZJONI TAL-KONKATIDRAL TA’ SAN ĠWANN U L-UĦM VOICE OF THE WORKERS

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-UĦM Voice of the Workers iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni wara li dan ġie approvat mill-ħaddiema. Il-ftehim, li jibda jgħodd minn Jannar 2020, ikopri erba’ snin u ġie ffirmat minn Mons. Prof. Emmanuel Agius, President tal-Fondazzjoni u mis-Sur Mario Sacco, u mis-Sur Ramon Francalanza, Assistent Direttur u Maniġer…

L-UĦM Voice of the Workers imnikkta għat-telfa ta’ aktar ħajjiet matul din is-sena

Il-UĦM Voice of the Workers turi sogħba u niket għat-telfa traġika ta’ Christ Zahra, impjegat tal-Malta Freeport Terminals u Mario Vella, li sfortunatament kien ukoll involut f’inċident traġiku li seħħ ilbieraħ fuq il-post tax-xogħol. Il-UĦM Voice of the Workers tesprimi d-dieqa tagħha għat-telfa ta’ dawn iż-żewġ impjegati u tagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-familja ta’ Sur Zahra…

Steward mezz biex jidħol il-prekarjat fl-Isptarijiet tal-Gvern

Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed nintebħu li Steward Health Care u qabilha Vitals Health Care huma mezzi sabiex il-Gvern ikun daħħal il-prekarjat fl-isptarijiet tal-Gvern u ma jsegwix il-Ftehim Kollettiv taċ-Ċivil. Min-nhar it-Tlieta li għadda, il-professjonisti li jaħdmu fl-isptarijiet ta’ Karin Grech, San Luqa u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex ħarġu b’azzjonijiet industrijali. Dan ġara wara…

Mandat intenzjonat biex ifixkel

Fis-27 ta’ Awwissu 2020, l-MUMN fetħu mandat t’inibizzjoni sabiex iwaqqfu lill-Gvern milli jagħti kundizzjonijiet aħjar lill-professjonisti tas-saħħa. Dan sar f’inqas minn sena minn meta l-MUMN kien fetaħ mandat ieħor fuq l-istess raġuni u kien tilfu wkoll. Illum, il-Qorti reġgħet tenniet li l-MUMN ma kellhiex raġun u għaldaqstant dan it-tieni mandat reġa’ ma ntlaqax. Id-digriet tal-lum…

Il-Professjonisti Legali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jagħżlu l-UĦM Voice of the Workers

Illum il-UĦM Voice of the Workers ingħatat l-għarfien ewlieni tal-Avukati u l-Prokuraturi Legali li jaħdmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Issa li ngħata dan l-għarfien imiss il-pass li l-maniġment tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali jpoġġi madwar mejda mal-Union sabiex dawn il-professjonisti jibdew jingħataw kundizzjonijiet xierqa. L-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali fix-xhur li ġejjin se jkun għaddej minn riforma sħiħa fejn…

Strateġija biex tweġġa’ l-Professjonisti

Is-sena l-oħra l-Malta Union of Midwives and Nurses imminat l-Allied Health Professionals, milli jinnegozjaw Ftehim Settorjali ġdid billi pprovat twaqqaf id-direttur tax-xogħol milli jlesti proċess ta’ għarfien. F’Ottubru 2019, wara li l-proċess ta’ għarfien kien konkluż, u l-UĦM Voice of the Workers ġiet rikonoxxuta bħala l-Unjin li għandha tirrapreżenta dawn il-professjonisti, l-MUMN reġgħet ppersistiet b’mandat ieħor sabiex twaqqaf in-negozjati….

Sospiżi l-azzjonijiet industrijali b’sens ta’ rieda tajba

Illum sar intervent mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’laqgħa li saret mal-UĦM Voice of the Workers. Fiha ġew trattati numru ta’ pendenzi sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim settorali għall-Allied Health Professionals. Fl-10 t’Awwissu, l-UĦM Voice of the Workers kienet ħarġet b’numru ta’ azzjonijiet industrijali lil dawn il-professjonisti  minħabba li ma kien qed ikun hemm…

Kundizzjonijiet inferjuri lil Allied Health Professionals

Wara ġimgħa ta’ azzjonijiet u nuqqas ta’ rieda tajba min-naħa tal-Gvern jidher biċ-ċar illi l-Gvern ma għandux intenzjoni li jagħti żieda xierqa lil dawn il-professjonisti. Għalhekk, il-UĦM Voice of the Workers qed tħabbar li minn nofs il-lejl tal-lum se tkun qed teskala d-direttivi tal-Allied Health Professionals. Dawn il-grupp ta’ professjonijiet speċjalizzati f’setturi differenti fil-qasam tas-saħħa huma l-Audiologists,…